Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Nedved Galea

Ritratt: Joseph Agius Attard

Fil-31 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal se tittella’ l-43 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu  – Festival tal-Kanzunetta Maltija.

Permezz ta’ newsbook.com.mt se jkollkom iċ-ċans tisimgħu l-kanzunetti, kif ukoll  issiru taf mill-qrib il-kantanti u tifhmu aħjar fuq xix  titratta kull kanzunetta parteċipanta f’din l-edizzjoni.

Illum se nitrattaw it-tieni parteċipant: Nedvad Galea, li se jkun qed jinterpreta s-silta Jekk Tafx Min Jien, b’lirika ta’ Dorian Psaila u kompożizzjoni ta’ Kaya Priscilla Giordano Psaila. 

Il-kanzunetta titratta fuq karba soċjali li aktar ma jgħaddi żmien qegħdin infallufil-ġlieda kontriha – il-pjaga tad-droga, li qegħda tikber b’rata mgħaġġla fostna u lima hemmx eta’ jew klassi għaliha.  Sal-llum il-ġurnata għadna nħarsu lejn dawn in-nies b’mod li jaqbel lilna billi nikkundanawhom u nwarbuhom mis-soċjeta’.Għadna ukoll ma wasalniex biex nindunaw li b’xi mod jew ieħor kulħaddgħandu jerfa’ r-responsabilta’ ta’ kull fjura li din il-pjaga qed taħsad mill-familjitagħna.

Din hi il-karba ta’ vittma tad-droga li qed jesprimi l-ugiegħ li waslu f’din it-triq tant kiefra u iebsa u li kull wieħed u waħda minnha seta’ għandha parti minnha.

Nedved Galea

Ritratt: Joseph Agius Attard

Nedved Galea għandu 17 il-sena, joqgħod Birzebbuga u bħalissa qiegħed jistudja l-Media ġewwa l-MCAST. Iħobb jisma’ u jitghallem ħafna fuq il-mużika. Bħala passatempi, iħobb jitgħallem il-mużika u jħobb imur il-gym.  Nedved ilu jitgħallem il-mużika għal ħames snin, kemm  mill-lat tekniku kif ukoll fuq il-vuci. Huwa iffisat fuq il-Juventus.