Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Jade Vella

Ritratt: Joseph Agius Attard

Fil-31 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal se tittella’ l-43 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu  – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Corazòn Mizzi se tkun qed tippreżenta din l-edizzjoni.

Permezz ta’ newsbook.com.mt qed nagħtukom iċ-ċans tisimgħu l-kanzunetti, kif ukoll  issiru taf mill-qrib il-kantanti u tifhmu aħjar fuq xix  titratta kull kanzunetta parteċipanta f’din l-edizzjoni.

Illum se nitrattaw il-ħames parteċipanta: Jade Vella, li se tkun qed tinterpreta s-silta Ħallini Nħobbok, b’lirika ta’ Fleur Balzan u kompożizzjoni ta’ Paul Giordimaina.

Il-kliem tal-kanzunetta ‘Ħallini Nħobbok’ titkellem dwar kif għandha tkun persuna, turi mħabba u ħbiberija ma’ dawk ta’ madwarha. Illum ħafna nies jaħarbu milli jgħinu li xi ħadd fil-bżonn iżda kemm hu isbaħ illi toffri l-għajnuna tiegħek lil dak li jkun? Kif jgħid il-Malti ‘illum int, għada jien’ jiġifieri jekk bniedem ikun għaddej minn xi żmien ta’ tbatija, xi żmien jew ieħor dak iż-żmien ħażin jista’ jmiss lilna. Għandna nħobbu lil xulxin u naċċettaw għajnuna u mħabba offruta lilna.

Jade Vella

Ritratt: Joseph Agius Attard

Jade Vella għandha 18-il sena u ilha tkanta mill-eta’ ta’ 8 snin. Apparti l-kant tħobb ukoll iż-żfin.

L-ewwel dehra tagħha fix-xena tal-mużika kienet fl-2010 meta telgħet mar-rebbieħa tal-JESC bħala backing vocalist u żeffiena. Fis-sena 2017 daħlet għall-ewwel darba fil-MESC u waslet sal-finali.

Is-sena l-oħra ħadet sehem f’ X Factor Malta u waslet sal-‘judges houses’.

Għamlet l-eżamijiet tal-vuċi sabiex tkompli tiżviluppa fil-vuċi tagħha. Għal Jade m’hemm xejn isbaħ milli kantant ikanta bil-lingwa oriġinali tiegħu. Dejjem timmaġina tkanta ma’ live band/orkestra u dan wassalha biex tidħol għall-Għanja tal-Poplu.