Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Dorcas

Ritratt: Joseph Agius Attard

Misraħ Ġawhra hija d-9 kanzunetta li se tkun qed tipparteċipa fit-43 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, li se tittella’ fi Pjazza Teatru Rjal nhar il-31 ta’ Awwissu. Il-festival se jkollu preżentazzjoni ta’ Corazòn Mizzi.

B’kitba ta’ Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Dorcas Debono, l-istess Dorcas se tkun qed tinterpreta din is-silta.

Il-kanzunetta 

In-nostalġija tfakkarna fil-qalba tar-raħal Malti. Il-misraħ fiċ-ċentru għar-raħlin kien qisu ddisa’dinja, għalihom jiswa daqs ġawhra. Kien il-post fejn kien jiġri kollox u fejn dak li jiġri kien jixxandar mal-erba’ truf tar-raħal. Il-knisja dejjem kienet il-binja ewlenija. Inqabblu d-devozzjoni tan-nisa mal-irġiel jixorbu u jiżżufjettaw fid-dverna ta’ faċċata. Ninnutaw il-bejjiegħa taħt iz-zuntier u t-tradizzjonijiet reliġjużi jew profani ta’ dari. Mal-mogħdija taż-żmien inbidlu ħafna affarijiet. Ċerti drawwiet intilfu, għebu u baqgħu biss tifkiriet fuq ir-ritratt imċajpar imdendel ma’ ħajt biex ifakkarna fil-ġmiel ta’ Misraħ Ġawhra.

 Dorcas

Ritratt: Joseph Agius Attard

Dorcas twieldet fl-1993. Fl-età ta 13-il sena hi bdiet titħarreġ fil-qasam tal-kant u bdiet tikkompeti f’diversi kompetizzjonijiet lokali.

Fl-2013, ħadet sehem fil-festival prestiġġuz f’Malta magħruf bhala l-Festival Internazzjonali Tal-Kanzunetta Maltija ġewwa dar il-Mediterran. Fl-2015 kienet ukoll finalista fil-festival tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn ikklassifikat fit-tieni post, u kienet finalista wkoll fis-Summer Hit Song Contest.

Fl-2016, Dorcas kienet finalista fl-Għanja tal Poplu kif koll fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Fl-2017 kienet finalista għal darb’ oħra fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn rebħet il-premju tal-pubbliku.