Awdjo: L-ewwel xandira tar-radju f’Malta barra l-istudjo

Bħal-lum fl-1947 kien seħħet l-ewwel xandira radjofonika minn barra studjo, meta il-programm Is-Siegħa tal-Morda beda jixxandar minn Palazzo Carafa fil-Belt Valletta. Il-programm kellu produzzjoni tal-Azzjoni Kattolika u kien jixxandar fuq l-unika stazzjon f’Malta dak iż-żmien, tal-kumpanija Ingliża Rediffusion.

Ritratt: vassallohistory.com

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.