Awdjo: L-ewwel partita tal-kampjonat Malti li xxandret fuq it-televiżjoni

Bħal-lum fl-1998 rajna l-akbar folla ta’ spettaturi ta’ kull żmien fl-Istadium Nazzjonali għal partita tal-kampjonat Malti, meta Valletta FC lagħbu kontra Birkirkara FC fl-aħħar partita tal-istaġun fejn kellu jiġi deċiż it-titlu.

Il-bibien tal-istadium, li jesa’ 17,000 persuna inkluż is-siggijiet ta’ wara l-lasti, kellhom jingħalqu qabel bdiet il-partita għax kien mimli.

Din il-partita kienet ukoll l-ewwel wahda tal-kampjonat li qatt ixxandret dirett fuq it-televiżjoni.

Il-Valletta rebħu l-partita 2-1 u b’hekk saru champions għas-16-il darba.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum f’Malta fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni hija mwassla waqt Today in History fuq 103, Malta’s Heart