Awdjo: L-ewwel laqgħa bejn John Lennon u Yoko Ono

Bħal-lum fl-1966 John Lennon iltaqa’ ma’ Yoko Ono għall-ewwel darba meta mar jara esebizzjoni tal-arti tagħha f’Londra.

U bħal-lum sena wara, Lennon kien l-istilla fuq il-qoxra tal-ewwel edizzjoni tar-rivista Amerikana Rolling Stone.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara fit-8 ta’ Novembru fis-snin imgħoddija.