Awdjo: L-Arċisqof Emeritu jagħlaq 69 sena… dalwaqt lura mad-Dumnikani fir-Rabat

F’ċirkostanzi iżjed trankwilli hekk kif dan huwa l-ewwel għeluq sninu minn wara li temm il-kariga tiegħu bħala Arċisqof, Monsinjur Cremona qal li xorta waħda għandu ġurnata impenjattiva, iżda sab ħin iżur lill-ommu iktar kmieni dalgħodu waqt li llejla jiċċelebra festin żgħir mal-familjari u l-qraba.
Fuq nota personali, semma kif kollox jinsab lest biex f’qasir żmien iħalli r-residenza f’Ħ’Attard u jirritorna mal-komunità Dumnikana fir-Rabat. Qal li bħalissa għandu kollox ippakjat u lest sabiex iħalli r-residenza ta’ Ħ’Attard għas-suċċessur tiegħu.
Fl-okkażjoni tal-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Emeritu appella lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex isegwu s-sejħa tal-Mulej li bħalma kien kapaċi jikkonverti lill-San Pawl minn fariżew żgur mhux se tkun diffiċli biex jikkonverti lill-insara għal ħajja aħjar.