Awdjo: Kurżitajiet dwar il-Vatikan miġbura f’ktieb

Hemm kampjonat tal-futbol fil-Vatikan? Kemm ilha mibnija l-bażilika f’dan l-istat? Dawn huma mistoqsijiet li wieġeb Fr Reno Muscat OP fil-ktieb tiegħu, Il-Vatikan, misteri – stejjer – kurżitajiet.
Fr Reno għamel tliet snin jgħix Ruma, f’kunvent flimkien ma’ seminaristi li kienu jaħdmu fil-Vatikan, u li tkellmu miegħu dwar dawn il-kurżitajiet.
Ma’ Newsbook.com.mt qal li x-xewqa tiegħu għalhekk kienet li jaqsam l-informazzjoni li ġabar mal-Maltin, f’forma ta’ ktieb.
Il-ktieb fih madwar ħamsin artiklu dwar il-bini u t-tmexxija tal Vatikan, kif ukoll affarijiet li wieħed forsi ma jkunx informat dwarhom.
Fr Reno qal li mhux kulħadd jaf li l-Vatikan bħal kull stat ieħor għandu posta, flus, gazzetta, radju, internet, pulizija u suldati.