Awdjo: Kumpanija Maltija bl-iktar karozza elettrika effiċċjenti

Chreos hija karozza li taħdem bid-dawl permezz ta’ sistema innovattiva. Dan il-mudell mgħammar bl-aħħar teknoloġija, qed jiġi maħdum minn kumpanija Maltija, Silex.

Newsbook tkellem ma’ Jonathan Grech li huwa ċ-Chairman ta’ din il-kumpanija, fejn spjega x’fiha speċjali din il-karozza elettrika.

Il-Chreos mhix biss karozza komda li taħdem b’enerġija iktar nadifa, imma se tkun l-aktar karozza li tiċċarġja malajr filwaqt li ttik l-itwal distanza.

Din il-karozza elettrika taċċellera għal 100 kilometru fis-siegħa f’inqas minn tliet sekondi, filwaqt li tista’ tilħaq veloċità ta’ xejn inqas minn 300 kilometru fis-siegħa.