Awdjo: “Kont iffortunat ħafna li kont il-President ta’ Valletta FC f’dawk is-snin” – Joe Caruana Curran

Dalgħodu waqt il-Mid-Morning Mag fuq 103 Malta’s Heart, l-preżentatur Colin Fitz tkellem ma’ Joe Caruana Curran, li kien President ta’ Valletta FC bħal-lum 19-il sena ilu meta l-klabb kien rebaħ sitt tazzi fi staġun wieħed, avveniment uniku fil-futbol Malti.

Is-Sur Caruana Curran tkellem dwar il-memorji tiegħu ta’ dak iż-żmien eċċittanti, u semma’ kif il-plejers ta’ dak it-tim għadhom sal-lum f’kuntatt regolari miegħu.

Il-mistieden huwa llum l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isport Akwatiċi, u l-preżentatur ħa l-okkażjoni jsaqieh wkoll dwar is-sitwazzjoni preżenti f’dan l-isport, fid-dawl tat-tibdiliet li kellhom isiru minħabba l-Covid-19.

Segwi l-intervista sħiħa permezz ta’ din l-paġna.