Awdjo: Kienu mietu 3 aħwa fl-Għasri

Bħal-lum fl-1845 kienu mietu tlett irġiel aħwa fl-Għasri. Dawn mietu fil-fossa taħt l-art, li fiha kienu jaħżnu s-silla. Meta s-silla tinħażen, joħroġ minnha gass tal-karbonju li f’dożi qawwija jista’ jkun fatali. Sfortunatament, l-irġiel niżlu taħt l-art wara xahrejn li ż-żerriegħa tas-silla kienet ġiet maħżuna fil-magħluq.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara iktar fl-20 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija.