Awdjo: Kienu mietu 22 persuna fi splużjoni fil-Belt Valletta

Image by Monoar Rahman Rony from Pixabay

 

Bħal-lum fl-1634 kienu mietu 22 persuna fi splużjoni ta’ fabbrika tal-porvli fil-Belt Valletta. L-isplużjoni kienet għamlet ħafna ħsara lill-Knisja tal-Ġiżwiti u l-Kulleġġ biswit.

X’ġara iktar fit-12 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija?  

  • Fl-1940, skoprew l-għerien ta’ Lascaux fi Franza, sensiela ta’ għerien li fuq il-ħitan tagħhom hemm impinġija diversi forom ta’ annimali. Din it-tpinġija hi maħsuba li saret 15,000 sena ilu u b’hekk hi meqjusa bħala l-iktar arti antika fid-dinja.
  • Fl-1981 fl-Istati Uniti, ixxandar l-ewwel episodju tas-serje animata għat-tfal The Smurfs, aktar magħrufin fost il-Maltin bl-isem Taljan I Puffi. 
  • Fl-2003, miet il-leġġenda tal-mużika country Johnny Cash, fl-età ta’ 71 sena.

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz