Awdjo: Kienu ħames snin pożittivi ħafna – George Abela

Il-Presidenza ta’ George Abela se tiġi fi tmiemha bħal għada ġimgħa.
Qabel ma jċedi s-siġġu għal Marie Louise Coleiro Preca, fuq l-aġenda ta’ Dr Abela għal din l-aħħar ġimgħa hemm bosta laqgħat ma’ persuni li jixtiequ jagħtuh l-aħħar tislima.  
F’kummenti lil Newsbook,com.mt, il-President George Abela ddeskriva dawn l-aħħar ħames snin bħala perjodu pożittiv ħafna.

Huwa rringrazzja 'l Alla li ggwidah tul dawn is-snin li fihom inġabbru somom fenomenali ta’ fondi għall-karita’.
Finalment irringrazzja lil poplu Malti tas-sapport. Dr Abela tenna li li kieku mhux għall-appoġġ li kellu mill-poplu, żgur li ma setgħux jintlaħqu l-għanijiet ta’ din il-Presidenza.