Awdjo: Kienu ħabtu 3 ajruplani; mietu 75 u weġġgħu 350

Bħal-lum, fl-1988, seħħ id-diżastru tal-ajru ta’ Ramstein fil-Ġermanja, fejn tliet ajruplani tal-grupp akrobatiku Taljan, Frecce Tricolori, ħabtu ġo xulxin, b’wieħed jaqa’ fuq grupp ta’ spettaturi. Kienu mietu 75 persuna u weġġgħu serjament 350.

X’ġara fit-28 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1963, f’Washington DC fl-Istati Uniti, l-attivista għall-ugwaljanza bejn ir-razez, Martin Luther King, għamel il-famuża taħdita pubblika tiegħu ‘I have a dream’.
  • Fl-1993, id-diska numru wieħed fl-Ingilterra kienet Mr Vain ta’ Culture Beat, waħda minn dawk id-diski ikoniċi tax-xena tal-mużika house tas-snin 90.

Illum:

  • Il-festa ta’ Santu Wistin
  • Il-Jum li fih niftakru l-annimali li kellna

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz ta’ 103