Awdjo: Kevin u Ron iċemplu persuna żbaljata live waqt il-103 Road Show

Telefonata mhux tas-soltu llum wara nofsinhar waqt il-103 Roadshow ma’ Kevin u Ron hekk kif kien mingħalihom li kienu qed jagħmlu kuntatt ma’ Mark Weingard, il-fundatur ta’ Malta Together.

Iżda bla ma ndunaw minflok ċemplu lil Mark Weingard, Kevin u Ron bi żball ċemplu lil Mario Zerafa, wieħed mit-tekniċi tal-istazzjon 103 li nissel tbissima mas-semmiegħa hekk kif liż-żewġ preżentaturi talabhom ikellmuh bil-Malti, u huma baqgħu ma ndunawx li qabdu l-persuna żbaljata.

Affarijiet li jiġru waqt trasmissjoni diretta iżda li żgur la Kevin u lanqas Ron ma kienu qed jistennew li kien se jiġri lilhom.

Il-programm 103 Roadshow jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-4 u s-7pm fuq 103 Malta’s Heart.