Awdjo: Kantanta żagħżugħa b’kanzunetta dwar l-ambjent

Emma Cutajar, kantanta ta’ 13-il sena mill-Mellieħa u li tattendi l-iskola MVPA, dan l-aħħar nediet kanzunetta ġdida bit-tema ewlenija tkun l-ambjent u dak li qed jiġri realment f’dan il-qasam f’pajjiżna.

Permezz tal-kanzunetta Bla Ma Rrid bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas, il-kantanta żagħugħa qed twassal messaġġ b’saħħtu permezz tal-kanzunetta tagħha fejn qed tirreferi għal dak li qed nitilfu f’żoni/postijiet miftuħa a skapitu ta’ bini kif ukoll appartamenti. 

Il-kanzunetta tnediet dan l-aħħar waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Jr, fejn Cutajar kienet mistiedna.