Awdjo: Joseph Calleja jinħatar ambaxxatur għall-Air Malta

It-tenur Malti li kiseb suċċess kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, Joseph Calleja, ġie maħtur bħala l-ambaxxatur tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru AirMalta.

Calleja sar magħruf fuq skala internazzjonali hekk kif kellu rwol prinċipali f’xejn inqas minn 28 opra differenti madwar id-dinja.

Calleja faħħar l-linja tal-ajru nazzjonali u saħaq li hu stess juża din il-kumpanija diversi drabi. Finalment, Joseph Calleja qal li l-poplu Malti għandu jkun kburi bis-servizz tal-AirMalta u saħaq li din il-linja tal-ajru, hija fost l-aqwa fl-Ewropa.