Awdjo: Jixtru dgħajsa tas-salvataġġ wara l-appell tal-Papa Franġisku

Wara t-traġedja ta’ Lampedusa u l-appell tal-Papa Franġisku biex jiġu evitati l-imwiet fl-ibħra, koppja semgħet l-appell u ddeċidiet li ma tagħtix somma flus u tieqaf hemm iżda li tagħmel xi ħaġa konkreta.
Chris u Regina Catrambone kienu għal vaganza qrib port f’Lampedusa meta lemħu ġakketta fil-baħar u wara semgħu l-appell tal-Papa Franġisku li wassal għat-twaqqif tal-MOAS – Migrant Offshore Aid Station.
F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, l-eks Brigadier Martin Xuereb qal li l-proġett se jibda’ x-xahar id-dieħel, hekk kif jinsab fil-fażi tal-implimentazzjoni.
Martin Xuereb qal ma’ Newsbook.com.mt li d-dgħajsa tinsab Malta u dalwaqt se jibda’ t-taħriġ għal dawk li se jaħdmu mal-organizzazzjoni mhux governattiva, bl-iskop tal-MOAS huwa li l-ħajja tal-bniedem hija waħda u ħadd mgħandu jmut f’nofs ta’ baħar.