Awdjo: Jitilqu minn Malta biex iqattgħu l-ewwel tas-sena ma’ nies fil-bżonn

Grupp ta’ żgħażagħ Maltin mhux se jkunu qed jiċċelebraw Malta u jixorbu mat-tokki ta’ nofsillejl.
Għażlu li minflok iqattgħu l-aħħar jum ta’ Diċembru u l-bidu tas-sena 2016 ma’ persuni fil-bżonn fl-Italja.
Melissa D’Amico, li taħdem mas-sorijiet tal-karità, qalet li din mhix l-ewwel darba li saret attività bħal din, iżda hi l-ewwel darba li se jipparteċipaw il-Maltin.
Spjegat li baqgħet mistagħġba bl-ammont ta’ persuni li wrew ix-xewqa li jieħdu sehem u jiċċelebraw il-festa ma’ nies li ma jafux.
Kompliet tgħid li meta saqsiethom għalfejn għamlu din l-għażla huma weġbuha li ilhom snin jonfqu l-flus fi ħruġ u li din is-sena se jonfqu dawk il-flus biex iferrħu nies oħra.
Flimkien mas-sorijiet tal-karità ta’ St Jeanne Antide f’Malta, 15-il żgħażugħ se jingħaqad ma’ grupp ta’ żgħażagħ Taljani f’Ruma.
Hemmhekk se jagħmlu ġimgħa flimkien, b’formazzjoni spiritwali filgħodu u jqattgħu ħin ma’ persuni bla dar waranofsinhar fil-Mensa tal-Caritas.
F’lejliet l-ewwel tas-sena l-grupp se jħejji serata ta’ logħob, kant u żfin biex flimkien jibdew is-sena l-ġdida.
Tista’ ssegwi x-xogħol taż-żgħażagħ hawn