Awdjo: Jekk ma jorqdux quddiem Sant’Iermu jibqgħu bla sigurtà soċjali

“Kull ġimgħa madwar 300 immigrant iqattgħu l-lejl reqdin barra jistennew quddiem id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza fil-Belt.”
Dan qalu ma’ Newsbook.com.mt Ahmed Nuur Ibrahim, kelliem għall-Assoċjazzoni tal-Midja Afrikana f’Malta.
Spjega li dan sabiex ikunu minn tal-ewwel biex japplikaw għall-permess ta’ residenza kif mitlub mil-liġi, malli jiftaħ id-Dipartiment l-għada.  Dan id-Dipartiment jinsab f’Evans Building f’Sant’Iermu.
Nuur Ibrahim  qal li nhar ta’ Ġimgħa filgħodu jinqdew mhux iktar minn 30 persuna. Dawk li ma jinqdewx ikollhom jerġgħu joqogħdu fil-kju l-ġimgħa ta’ wara.
Il-proċess tal-applikazzjoni jieħu madwar tliet xhur u sakemm jinħareġ, l-immigranti ma jkunux eliġibbli għall-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali.
Ritratt: Ahmed Somali