Filmat: Jaslu lura ċ-ċiklisti tal-Lifecyle – L-Emozzjonijiet

Illum wara nofsinhar waslu lura ċ-ċiklisti tal-Lifecyle. L-emozzjonijiet, l-għajja u s-sodisfazzjon kienu jispikkaw fuq dawn iċ-ċiklisti.

Jistennew ħerqana liċ-ciklisti kien hemm tfal, familjari u ħbieb li nġabru l-ajruport biex ikunu minn tal-ewwel biex jifirħu magħhom. 

Newsbook tkellem ma uħud miċ-ċiklisti mal-wasla tagħhom fl-ajruport. Huma r-rakkontaw dwar id-diffikultajiet li kellhom fosthom ir-riħ u l-kundizzjonijiet tat-toroq. Kumment komuni bejn iċ-ċiklisti kien, illi kieku ma jkunx hemm teamwork din l-isfida ma kienx jirnexxilhom jagħmluha. 

Din is-sena ir-rotta tal-LifeCylce bdiet fil-Belarus u ċ-ċiklisti kellhom jaqsmu mal-2,000 kilometru f’perjodu t’għaxar t'ijiem. Fl-isfida  ta’ din is-sena nġabbru mal-€130,000 li se jmorru għar-Renal Unit li tgħin lill-pazjenti morda bil-kliewi.