Awdjo: ‘Iż-żewġ partiti b’rekords differenti fejn jidħol ix-xogħol’ – Clyde Puli

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal li fil-qasam tal-ħolqien tax-xogħol, iż-żewġ partiti għandhom ‘track records’ differenti.

Huwa qal li fl-aħħar gvern Laburista, taħt Alfred Sant kien hemm 4,000 sensja u saru deċiżjonijiet żbaljati.

Puli kompla jgħid li minn naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista għandu r-rekord tal-inqas qgħad.

Hu qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista li saret fid-Dar Ċentrali.

Waqt il-konferenza, Clyde Puli tenna diversi wegħdiet elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Fost oħrajn, semma punti mill-programm elettorali biex jiġi ppremjat il-volontarjat, jiżdied ix-xogħol fost iż-żgħażagħ u l-proposta tat-tablets.

Puli sostna li min jitla fil-gvern għandu jżid ix-xogħol b’diversi modi qalb il-maltemp ekonomiku.