Ritratti: Ivvandalizzat il-park tal-annimali tal-Inspire

Aħbar kerha għall-dawk it-tfal li jużaw għat-terapija l-park tal-annimali mmexxi mill-Inspire hekk kif matul il-lejl ġew ivvandalizzati ċertu kmamar.

Mal-ħitan u mal-art tal-kċina, tal-kamra tal-ikel u tal-hekk imsejħa l-kamra tal-familja, intefgħu ammonti kbar ta’ żebgħa u anke hemm bibien bi ħġieġ imkisser.  Sa issa għadu mhux magħruf l-ammont tal-ħsara.  Il-Manager tal-Inspire Giovanna Mirabelle qalet li fortuntament, l-annimali li hemm fil-park ma kinux fil-mira tal-vandali. 
Din mhix l-ewwel darba li l-park ġie vvandalizzat.  Filfatt, it-tmexxija tal-park qed jibżgħu li din se tibqa’ tirrepeti ruħha.  Sakemm tissewwa l-ħsara li saret, il-kmamar mhux se jkunu jistgħu jintużaw mit-tfal waqt is-sessjoni tat-terapija.

Il-park tal-Inspire jintuża minn tfal bi bżonnijiet speċjali u oħrajn bi problemi ta’ mġiba biex permezz tal-annimali, jkunu jistgħu jegħlbu ċertu biżgħat u diffikultajiet fil-karattru tagħhom.
Kull xahar Inspire tonfoq eluf ta’ ewro biex tkun tista’ tmantni l-park tal-annimali.  Appellat ukoll għall-ġenerożità tal-Maltin.

Donazzjonijiet lill-Inspire jistgħu jsiru fuq: 
€2.33 – 50617359
€4.66 – 50618080
€6.99 – 50618962
€11.65 – 50619215