Awdjo: Ivan Bartolo ma jeskludix li jikkontesta għas-siġġu ta’ Portelli

Il-kandidat tal-PN Ivan Bartolo mhux qed jeskludi li jikkontesta għas-siġġu li se tħalli fil-parlament il-MP tal-PN Marthese Portelli.

Bartolo qal lil Newsbook.com.mt li għadu kmieni biex jiddeċiedi u li jrid jara l-proċess kif se jkun. Spjega li kien ixxukjat meta sema li Marthese Portelli rreżenjat illum. Portelli ħabbret ir-riżenja tagħha fuq Facebook fejn qalet li “l-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni.” Qalet li se tibqa’ tgħożż is-seba’ snin tagħha fil-Parlament.

Bartolo qal li Malta mhux qed tesperjenza żmien normali. Qal li deċiżjoni dwar jekk għandux jikkontesta jew le hija waħda li ġġorr responsabbilità.

F’Lulju tal-2017, Bartolo kien kiteb fuq Facebook li bosta nies qalulu biex jikkontesta l-pożizzjoni ta’ kap tal-PN. Qal li ma kkunsidrax kariga bħal din minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza politika tiegħu.

Many people have asked me to consider the leadership of the PN. As I said in my recent post, this job is larger than…

Posted by Ivan Bartolo on Wednesday, July 19, 2017

Newsbook.com.mt ma rnexxilux jagħmel kuntatt ma’ Noel Muscat li wkoll kien ikkontesta fid-distrett ta’ Marthese Portelli.