Awdjo: “It-trattament ħadem, issa l-operazzjoni”

It-trattament mediku li ħa Beppe Fenech Adami qed jaħdem u bħalissa jinsab Londra hekk kif għadu kif irċieva r-riżultati wara s-sezzjonijiet ta’ radjoterapija li għamel.
Jidher li t-tumur ma komplix jikber u li issa qed ikun ikkontrollat.
Beppe Fenech Adami spjega li l-isfida issa hi li jitneħħa t-tumur.
Ma’ Newsbook.com.mt Beppe qal li din hi esperjenza li ħadd ma jkun irid jgħaddi minnha u li bħalu hemm nies oħra li għaddejjin minn trattament simili.
Il-ġimgħa d-dieħla Beppe jerġa’ jitla' l-Ingilterra biex fl-20 ta’ Ottubru jagħmel operazzjoni delikata biex jitneħħa t-tumur.
Temm jgħid li l-istennija għar-riżultati minn fażi għall-oħra tal-kura hi l-agħar parti.