Awdjo: It-tlajja’ u n-nuqqas ta’ mużika fost l-isfidi tal-LifeCycle

Din is-sena, il-LifeCycle Challenge se ssir fil-Ġappun bi sfidi ġodda, u Newsbook.com.mt tkellem ma’ Robert Zammit, wieħed miċ-ċiklisti li se jagħmel din il-maratona.
Robert qal li din id-darba, bħalha taħriġ, qed jagħmel ħafna tlajja'. Dan minħabba li l-Ġappun se jsibu tlajja wieqfa u twal.
Spjega wkoll li l-ewwel parti tat-taħriġ kien fil-wita, li jgħin liċ-ċiklisti jisfidaw il-kundizzjonijiet diffiċli għal tul ta’ ħin.
Bħalissa t-tir taċ-ċiklisti hu li jagħmlu madwar 170km kuljum.
Biex jipprepara għat-tlajja, Robert qal li għażel telgħa u tela u nieżilha 10 darbiet.
Kompla li sfortunatament, Malta m’hawnx tlajja twal, u li “idealment isibu telgħa li tibqa’ tiela”.
Madanakollu sostna li dan l-eżerċizzju partikolari jgħinu jissaħħaħ kif ukoll jikkontrolla n-nifs.
L-itwal rotta li qed tħasseb liċ-ċiklisti hi twila 271km u mistennija ddum 14-il siegħa biex ilestuha kollha.
Ma' Newsbook.com.mt, il-kelliema tal-Lifecycle Vanessa Macdonald qalet sfida oħra hi li fuq ordnijiet tal-awtoritajiet Ġappuniżi, iċ-ċiklisti jridu jsuqu wara xulxin u mingħajr ma jisimgħu mużika f'widnejhom.
Robert temm jgħid li kull ċiklist jinsab jikkonċentra fuq it-taħriġ u li din is-sena, bħal fi snin oħra, se jaħdmu flimkien biex jagħmlu l-maratona kollha.
Il-maratona ta’ 2000km se ssir mit-8 sat-22 ta’ Settembru minn Fukuoka sa Tokjo, bil-flus miġbura jmorru għar-Renal Unit f’Mater Dei.  
Tista' tagħmel donazzjoni billi tidħol hawnhekk