Awdjo: ‘It-tgħajjir lejn Balotelli ma kienx razzist’ – South End Core

L-għajjat li kien hemm fil-grawnd ta’ Ta’ Qali waqt il-logħba bejn Malta u l-Italja kien ta’ diversi forom. Minn sapport għat-tim Malti, għall-ibbujjar kontra penalty favur it-tim oppost u sfortunatament kien hemm ukoll anke xi tgħajjir personali fil-konfront ta’ plejer partikolari, l-attakkant Mario Balotelli.

Minkejja dan, meta kkuntatjat minn Newsbook, Louis Aguis, mis-South End Core, saħaq li l-għajjat minn naħa tal-partitarji ma kienx jinvolvi tgħajjir fuq bażi ta’ razza.

Louis Aguis spjega li kienet pjuttost mistennija li dan il-plejer partikolari jiġi mgħajjar, għax sfortunatament, hekk jiġri fil-maġġoranza tal-logħob li jilgħab.

Intant, is-sit elettroniku calciomercato.it, irraporta l-logħba tal-bieraħ bit-titlu “Ancora razzismo contro Balotelli”. L-artiklu jgħid li Balotelli ġie mgħajjar kull darba li kellu l-ballun f’saqajh.