Awdjo: It-terrimot bejn Malta u Sqallija fl-1693

Bħal-lum fl-1693 kien seħħ terrimot qawwi fil-baħar ta’ bejn Sqallija u Malta li ħalla ħafna ħsarat inkluż it-tiġrif tal-katidral originali tal-Imdina. Hu mifhum li t-terrimot dam 4 minuti u fi Sqallija kien ħalla madwar 60,000 mejta.

Ritratt: Vassallo History

Għalkemm ħadd ma hu rrapurtat li miet f’Malta kawża tat-terrimot, saret ħafna hsara fil-bini f’kull rokna taż-żewġ gżejjer tagħna.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.