Awdjo: iSmart – App għall-ġenituri u tfal li jbatu fit-tagħlim

Jekk int student li tbati mill-awtiżmu u dyslexia u ssib xi diffikultajiet fl-iskola tista’ tuża l-app iSmart.
Din l-app hija mmirata għal studenti b’mod partikolari tal-Primarja madankollu tintuża minn għadd ta’ nies adulti u studenti universitarji.
Ma’ Newsbook.com.mt Annalise Duca, il-Head of Product Design tal-iSmart spjegat li l-għan tagħha hu li tkun inklusiva.
Din l-app tiġi f’żewġ verżjonijiet differenti iSmart home u class.