Awdjo: “Is-sitwazzjoni fis-Sirja bdiet wara li xi tfal sfaw maqtula” – Żakkarija Khatib

Newsbook ħa l-kummenti ta’ raġel Sirjan li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar snin dwar is-sitwazzjoni preżenti fis-Sirja. Żakkarija Khatib huwa membru tal-Komunità Sirjana u ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar snin.

Huwa qal li l-aħħar li mar is-Sirja kien 7 snin ilu. Żakkarija kompla jgħid li f’Malta hawn mal-1,500 Sirjan. Huwa spjega li s-sitwazzjoni fis-Sirja bdiet sentejn u nofs ilu meta numru ta’ tfal ta’ 12 jew 13-il sena sfaw maqtula hekk kif ħarġu mill-iskola.

Kompla jirrakkonta kif l-iġsma ta’ dawn it-tfal għamlu ġimgħa quddiem l-iskola mingħajr ħadd ma seta’ jiġborhom.  Huwa kompla jgħid li l-mexxej Sirjan Bashar al-Assad ma qabadtx u arresta lil dawk responsabbli minn dan il-massakru. Huwa kompla jgħid li s-Sirja għamlet sena u nofs siekta u fl-aħħar sena ħarġet għall-ġlied u dan kollu ta bidu għal protesti pubbliċi.

Żakkarija Khatib kien wieħed mill-mistednin fil-programm ‘Newsbook fis-Sajf’ li jixxandar fuq l-RTK kull nhar ta’ Sibt filgħodu.

Preżenti wkoll għal dan il-programm kien hemm il-Membru Parlamentari Carm Mifsud Bonnici u l-Lekċerer fid-Dipartiment tal-Politika Pubblika fl-Università ta’ Malta Dr George Vital Żammit.