Awdjo: Is-sapun likwidu bis-saħħa ta’ dan

Unsplash, Brett Jordan

Bħal-lum fl-1865, l-Amerikan William Sheppard ġie rikonoxxut li vvinta s-sapun f’forma likwida.

Imma x’ġara iktar fit-22 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

Fl-1849, kien sar l-ewwel air raid fl-istorja. Waqt gwerra bejniethom, l-Awstrija bagħtet numru ta’ bżieżaq kbar mimlija arja sħuna – hot air balloons – attrezzati bi splussivi – biex jaqgħu fuq il-belt ta’ Venezja.

Fl-1940, f’Malta, kien miet Sir Gerald Strickland fl-età ta’ 79 sena. Kien serva bħala Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1927 u l-1932.

Fl-1962, kien sar wieħed minn 30 attentati ta’ assassinju fuq il-President Franċiż Charles de Gaulle. Mit-tletin, dan kien l-aktar wieħed famuż, bil-President ifaħħar lil karozza li kien fiha, is-Citroen DS, bħala r-raġuni li baqa’ ħaj, avolja ġew sparati ‘l fuq minn 200 tir lejh. Għalkemm mimlija balal u b’żewġ punctures, is-sewwieq tal-karozza presidenzjali seta’ xorta waħda jimmanuvraha minn fuq il-post b’ħeffa kbira.

Illum

  • Il-festa tal-Imqaddsa Verġni Marija Reġin
  • Il-Jum Internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew twemmin tagħhom
  • Jum il-Burgers
  • Jum iddedikat lil dawk li jgħinu – Be an Angel Day
  • Il-Jum li fih għandek tiekol ħawħa

Produzzjoni u Qari: Colin Fitz