Awdjo: Is-7,000 tabella f’Mater Dei se jsiru bil-Malti wkoll

Is-7,000 tabella u sinjali ta’ direzzjoni fl-Isptar Mater Dei se jsiru bil-Malti wkoll.
Dan qalu l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon waqt il-programm Mill-Polz taċ-Ċittadin fuq RTK.
Falzon spjega li dan l-aħħar il-maniġment tal-isptar kellu diskussjonijiet mal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti biex ftit ftit is-sinjali jsiru bil-Malti wkoll.
Sostna li t-tabelli fl-Isptar il-ġdid tal-Onkoloġija saru bil-Malti u bl-Ingliż u li dawk fl-estensjoni l-ġdida ta’ Mater Dei se jkunu bilingwi wkoll.
Ivan Falzon saħaq li għalkemm kburin li Maltin, fl-istess ħin wieħed irid ikun realistiku.