Awdjo: “Ir-rakkomandazzjoni tal-AĠ Ewropea m’għandhiex taffettwa d-deċiżjoni tal-imħallfin” – FKNK

Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qal li r-rakkomandazzjoni tal-Avukat Ġenerali tal-Unjoni Ewropea lill-Imħallfin tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Ewropea, li Malta qed tonqos milli timxi mad-Direttiva Ewropea dwar l-Għasafar Slavaġ,  m'għandhiex taffettwa d-deċiżjoni finali li se jieħdu l-imħallfin.
Ma' Newsbook.com.mt Lino Farrugia nnota l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Eleanor Sharpston dwar il-kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra Malta, dwar l-applikazzjoni biex tippermetti l-insib tal-għasafar tal-għana.
Irreaġixxew ukoll il-Kaċċaturi San Ubertu li fi stqarrija qalu li għalkemm din l-opinjoni ma torbotx lill-Qorti Ewropea fid-deċiżjoni finali tagħha, jemmnu li hemm intolleranza u nuqqas ta' għarfien tal-AĠ dwar dak li għandu x'jaqsam mal-insib kif ipprattikat f'Malta. 
B'reazzjoni għal dak li ntqal mill-AĠ, il-Ministeru għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli qal li, filwaqt li jinnota l-argumenti tal-AĠ, se jistenna l-verdett tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mistenni fix-xhur li ġejjin.