Awdjo: Inutli jsiru reshuffles jekk ma titjiebx is-sinerġija bejn il-Ministeri u l-OPM – Marlene Farrugia

Id-deputata Laburista Marlene Farrugia qalet li inutli jsiru reshuffles fil-Kabinett tal-Ministri jekk ma tissaħħaħx il-koordinazzjoni bejn l-istrateġisti tal-Gvern u l-Ministeri.
F’kummenti li tat lil Newsbook.com.mt anka b’rabta mar-riżenja tal-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia, hija tkellmet dwar dawk li ssejjaħ bħala “diversi nuqqasijiet li kien hemm bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Uffiċju tal-Prim Ministru”. Qalet li temmen li l-kollaborazzjoni bejn it-tim strateġiku tal-Gvern u l-Ministeri setgħet kienet ferm aħjar f’din l-ewwel sena tal-amministrazzjoni, partikolarment fis-settur tas-saħħa.
Qalet li qed titkellem għax ma tixtieqx li jerġa' jiġri l-istess fil-ħidma tal-Ministru l-ġdid u s-Segretarju Parlamentari li issa se jkunu responsabbli mis-saħħa.
Meta mistoqsija dwar l-eventwalità li Godfrey Farrugia jingħata xi rwol ta’ konsulenza b’rabta mas-saħħa pubblika, hija qalet li għalissa l-eks Ministru lest li jaqdi bis-sħiħ ir-rwol tiegħu ta’ backbencher.