Awdjo: Intuża kanun tal-ilma biex jitwaqqaf ġlied waqt logħba futbol

Skond l-istoriku tal-futbol lokali Carmel Baldacchino bħal-lum fl-1957 kienet l-ewwel darba fl-istorja li intuża kanun tal-ilma biex jitwaqqaf ġlied bejn partitarji tal-futbol f’Malta. Il-partita kienet bejn is-Sliema u l-Hibernians u l-ġlied inqala’ meta s-Sliema kienu 3-0 minn fuq. Sfortunatament jidher li l-ewwel tixriba ħaduha dawk li kienu fil-VIP stand, allavolja ma kienux involuti fl-inkwiet.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara fid-19 ta’ Ottubru fis-snin imgħoddija.