In-nar fil-Marsa: “ikkawżat għax l-iskart baqa’ ma nġabarx”

Iktar kmieni llum wara nofsinhar, membri minn tat-tifi tan-nar ssejjħu biex jikkontrollaw nirien ta’ skart fil-Marsa. Il-ħruq ta’ dan l-skart mill-materjal tal-karnival seħħ minħabba li ma nġabarx meta suppost kellu jinġabar.

Skont kif spjega Jason Busuttil, il-President tal-Għaqda Parteċipanti Karnival, dan l-iskart ilu barra minn wara l-Karnival.

Minn kif spjega ma’ Newsbook, il-President tal-Għaqda Parteċipanti Karnival qal li għadu mhux ċar eżatt x’ikkawża n-nar. Saħaq iżda, li hu jinsab ċert li ma kienux is-sidien tal-karrijiet li għamlu dan. Jason Busuttil saħaq li dan l-iskart kellu jiġi miġbur sa ħmistax-il jum wara l-Karnival.

Il-maġġoranza ta’ dan l-iskart kien jikkonsisti f’karti u materjal ieħor li jintuża biex isiru l-karrijiet tal-karnival. Hu mifhum li ħadd ma weġġa’ kawża tan-nirien.

Ritratt:The Times