Awdjo: “Imħabbti għall-Eurovision irrid nuriha lil kulħadd permezz tat-tattoo” – Luke Borg

Dalgħodu l-kantanta Amber kellha sorpriża ħelwa ħafna meta ltaqgħat mal-ġuvni Malti Luke Borg li uriha tattoo permanenti li għamel ilbieraħ fuq idejh bl-emblema tal-Eurovision Song Contest bil-bandiera ta' Malta.
Iż-żagħżugħ Malti Luke Borg joħlom erbgħa u għoxrin siegħa dwar il-Eurovision.
Il-kelma fan mhix biżżejjed biex tiddeskrivi l-emozzjoni li għandu l-ġuvni għall-Festival.
Ma' Newsbook.com.mt Borg qal li kuntent ħafna li qata' xewqtu u kburi li s-simbolu tal-Eurovision bil-bandiera Maltija se jibqa' fuq idejh għal ħajtu.
Spjega li diġa beda jippakja biex ftit ġranet oħra jaqta' xewqa oħra li jesperjenza l-ewwel Eurovision Song Contest mis-sala fi Vjenna.