Awdjo: Il-Prim Ministru se jħabbar ir-reshuffle wara l-ħatra tal-President

Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li qabel ma jħabbar ir-reshuffle fil-Kabinett se jikkonċentra fuq il-ħatra tal-President il-ġdid Marie Louise Coleiro Preca.
Qal li nhar it-Tlieta fil-Parlament se jittieħed vot fuq il-President il-ġdid imbagħad se jħabbar dan it-tibdil fil-jiem ta’ wara.
Mistoqsi jekk għadux qed jikkunsidra li jieħu taħt idejh ir-responsabbilta’ tas-Saħħa, il-Prim Ministru wieġeb li din kienet inkitbet f’gazzetta u li hu qatt ma qal li kien se jieħu d-dekasteru tas-Saħħa.
Fil-ġimgħat li għaddew, speċjalment fil-konferenza tal-aħbarijiet dwar l-ewwel sena tal-Gvern li kienet saret fil-Valletta Waterfront, il-Prim Ministru kien ikkwotat mill-midja li kien qed jikkunsidra l-possibiltajiet kollha.