AWDJO: Il-Prim Ministru jitkellem dwar l-importanza ta’ finanzi fis-sod u l-ħolqien tal-impjiegi

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, waqt intervista li xxandret fuq ir-Radju tal-Partit Nazzjonalista, tkellem dwar il-ħidma ta’ Gvernijiet Nazzjonalista u dwar dak li qed jiġi propost għall-ħames snin li ġejjin. Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, tkellem dwar l-importanza tal-finanzi fis-sod. Dan ghaliex qal li jekk il-problemi ma jiġux indirizzati, allura l-pajjiż ikollu jħallas prezz għoli ħafna.

Lawrence Gonzi tkellem dwar l-ekonomija li ddeskrieva bħala l-ħolqa ta’ kollox. Qal li jekk ikun hemm deċizjonijiet tajbin u bilgħaqal ir-rota ddur ‘il quddiem. Żied jgħid li l-flus jintuzaw għal aktar inċentivi u jekk ikun hemm bilanċ u għaqal jitnaqqsu wkoll it-taxxi.
Tkellem dwar il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għal ħames snin li ġejjin. Lawrence Gonzi qal li dan huwa b’differenza għall-Partit Laburista li l-proposti tiegħu għadu ma jafhom ħadd.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-aħħar darba li l-Partit Laburista ġie fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, għamel taxxi aktar milli għamel xhur fil-Gvern.
Lawrence Gonzi tkellem dwar dak li qed jaħdem għalih il-Partit Nazzjonalista. Tkellem dwar il-poltika li tolqot lit-tfal fejn fost oħrajn semma’ c-childcare kif ukoll iz-zieda fic-children’s allowance, u s-sickleave li jittieħed minn ġenitur meta t-tfal ikunu morda.

Saret referenza ukoll għar-rata ta’ nisa li jaħdmu li qal hija għola mill-medja tal- Unjoni Ewropea. Lawrence Gonzi għamel referenza għaċ-ċifri ppublikati mill-Eurostat. Din uriet li nisa Maltin, sa 35 sena u li qiegħdin jaħdmu, qabżu l medja Ewropeja.

Dr Gonzi semma ukoll t-taxxa tas-suċċessjoni. Spjega kif minn dis-sena b’miżura tal budget, jekk ġenituri jgħaddu lil uliedhom propjeta b’donazzjoni jew wirt mhux biss ma jħallsux taxxa iżda lanqas boll.