Awdjo: Tigdem pulizija mara f’Paceville

Pulizija mara sfat migduma minn mara Taljana wara li kienet qed tintervjeni fi ġlieda f’Paceville.
Il-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ ilbieraħ wara li ħarġu l-mara Taljana minn stabbiliment.

Spjegaw li kif kienu se jwassluha d-dar biex jikkonfermaw li d-dettalji tagħha huma tajbin, il-mara gidmet lill-pulizija.
Ma’ Newsbook.com.mt il-President tal-POU Sandro Camilleri spjega li l-pulizija soffriet xi ġrieħi fosthom gidma fonda f’idejha.
Qal li għadhom ma jafux x’inhuma l-konsegwenzi mediċi, hekk kif ir-riżultati tat-testijiet idumu xhur biex joħorġu.
Spjega li preżentament il-Pulizija jkollhom iħallsu għall-affarijiet mediċi.
Camilleri appella biex il-pulizija jkollhom insurance u spjega li l-Gvern kien qed jikkonsidra li jkollhom l-insurance.
Saħaq li l-pulizja għandhom ikunu armati għall-ħtiġijiet li jinqalgħu f’Paceville.
Camilleri wera l-appoġġ tiegħu għall-warden li lbieraħ ġie attakkat.