Awdjo: il-Papa jitkellem dwar ix-xewqat tal-bniedem u l-għaqda bejn l-Insara u l-Musulmani

Waqt l-Angelus il-Papa jqajjem ir-riflessjoni fost il-miġemgħa miġbura fi Pjazza San Pietru u jistaqsi jekk in-nies għandhomx qalb li tixtieq lil Alla jew qalb magħluqa u mitfija. Il-Qdusija tiegħu fakkar l-għeluq tar-Ramadan u appella rispett reċiproku bejn il-kattoliċi u l-musulmani permezz tal-edukazzjoni li tkompli tiġġedded fuq il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.

Il-Papa Franġisku tkellem dwar kif il-vanġelu ta’ llum juri x-xewqa definittiva li niltaqgħu ma’ Kristu u li għandna nistennew dan il-mument bil-ħerqa. Fi kliemu l-Papa jgħid li dan huwa aspett fundamentali fil-ħajja tan-Nisrani.

Il-Papa Franġisku jikwota il-kliem ta’ Ġesù “fejn hemm it-teżor tiegħek inti ssib ix-xewqa ta’ qalbek” Kien hawn li l-Papa isaqsi dwar ix-xewqat tal-proxxmu u jekk jinvolvux ir-rieda tajba lejn l-istess proxxmu. Il-Papa saħaq li huwa importanti x-xogħol u l-manteniment finanzjaru tal-familja iżda qabel xejn il-ħajja trid tibqa’ għaddejja fl-isfond tal-imħabba t’Alla.

L-imħabba t’Alla tiġi manifestata permezz ta’ Ġesù Kristu għax nesperjenzaw imħabba umana, u fi kliem il-Papa din hija mħabba li ssaħħaħ kull attività umana. Il-Papa jisħaq li l-imħabba tippermetti lill-proxxmu il-ħelsien mill-ħabs tal-ħażen u tegħleb il-mumenti ħżiena.