Awdjo: “Il-Papa Ġwanni Pawlu II dejjem impressjonani” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni dejjem impressjonah, bħala bniedem qrib ħafna tal-Mulej.
Mons. Scicluna kien qed jitkellem waqt il-programm Follow Up fuq RTK, f’għeluq it-12-il anniversarju mill-mewt tal-Papa Qaddis.
Spjega kif kien fi żmien il-Pontifikat ta’ Ġwanni Pawlu t-Tieni, li l-Isqof qallu li l-Papa xtaq li hu jibda jaħdem fit-Tribunal Suprem tal-Knisja.
L-Arċisqof stqarr li l-fiduċja tal-Papa fih kienet tfisser ukoll responsabbiltà.
Semma wkoll kif fis-sena 2002, fuq talba tal-Papa, beda jaħdem mill-qrib mal-Kardinal Ratzinger, biex imexxu każijiet delikati ħafna, bosta minnhom dwar l-abbuż sesswali tal-minuri.
Mons. Charles Scicluna kellu wkoll l-opportunità li jkollu laqgħat formali mal-Papa dwar it-tħejjija għall-beatifikazzjoni ta’ San Ġorġ Preca.
Muntaġġ: Media Centre