Awdjo: Il-Papa Franġisku kontra l-Mafja: “Ikkonvertu u ibdlu ħajjitkom”

Il-Papa Franġisku appella lill-persuni li għandhom rabta mal-Mafja Taljana sabiex ibiddlu ħajjiithom, jikkonvertu u ma jibqgħux jagħmlu ħsara. 
Fl-okkażjoni ta’ lejla ta’ talb għall-vittmi tal-Mafja li saret f’Ruma fil-prezenza tal-familjari tagħhom, il-Papa deher viżibilment kommoss waqt li għamel id-diskors tiegħu.
Qal lil dawk li għandhom rabta mal-Mafja, li jekk ma jikkonvertux se jispiċċaw l-infern filwaqt li ħeġġiġhom sabiex jiftakru fil-ġenituri tagħhom.
Il-Papa Franġisku kompla jispjega kif il-poter, kif ukoll il-flus li qalgħu minn azzjonijiet kriminali, huma flus li waslu għandhom bit-tixrid tad-demm.
Kien hawnhekk li l-Papa tkellem dwar ix-xewqa tiegħu li fil-persuni Mafjużi, jirbaħ ftit ftit is-sens ta’ responsabbiltà fuq is-sens ta’ korruzzjoni.
Temm jgħid li dan għandu jibda mill-kuxjenza u r-rieda tagħhom stess li jinbnew relazzjonijiet mill-ġdid u li jkunu b’saħħithom.