Awdjo: “Il-Moneyval dejjem kienu kritiċi ta’ Malta”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membri tal-Kumitat tal-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa (MONEYVAL) dejjem kienu kritiċi ta’ Malta. Fl-istess huwa waqt qal li jinsab fiduċjuż li l-punti mqajjma fir-rapport dwar il-ħasil tal-flus f’Malta se jiġu implimentati.

Meta kien qed jitkellem waqt intervista fuq ONE radio, il-Mexxej Laburista stqarr li r-rapporti tal-Moneyval dejjem kienu kritiċi fil-konfront ta’ Malta iżda din id-darba spjega li 85% tar-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati mill-Gvern u 90% ġew implimentati mill-FIAU.

Ir-rapport tal-Moneyval ġie ppubblikat aktar kmieni din il-ġimgħa.

AQRA: Malta għandha taħdem aktar kontra l-ħasil tal-flus – MONEYVAL

Joseph Muscat fisser kif dan il-baġit se jkompli jagħti tliet sinjali importanti. Il-Gvern se jkompli joħloq middle-class ġdida, se nneħħi l-faqar mill-pajjiż u se jkompli jagħmel kuraġġ lill-intrapriżi Maltin billi jibqa’ pro-business. “Għax meta tkun favur in-negozju, tkun favur ix-xogħol,” kompla Muscat.

Il-Prim Ministru stqarr li fil-qasam tas-saħħa, il-Gvern se  jara li jkollu pjan li f’kull belt u raħal ta’ pajjiżna jkun hemm preżenza tas-servizzi tas-saħħa.

“Tlaqna minn sitwazzjoni fejn dan il-pajjiż kienu għalqu l-policlinics kollha u kienu jgħidulek mur l-isptar għal sitwazzjoni fejn ħa mmorru fejn is-servizzi tas-saħħa ħa jkunu reachable f’kull kantuniera ta’ pajjiżna,” spjega Muscat.

F’Novembru se tkun qed tiġi organizzata konferenza nazzjonali f’dan ir-rigward sabiex ikun hemm l-entitajiet kollha nvoluti biex jaraw kif jistgħu jittejbu s-sistemi tagħhom u tittieħed azzjoni fejn meħtieġ. Fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni hija effiċjenti ferm, iżda hemm bżonn aktar kordinazzjoni effettiva.

Mistoqsi dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera, il-Prim Ministru qal li ma jistax jifhem kif wara proċess bħal dak ta’ white paper u konsultazzjoni, l-Oppożizzjoni kienet qisha qegħda taqbel iżda f’ daqqa waħda, għaliex kien hemm nuqqas ta’ qbil mal-Kamra tal-Kummerċ u mal-MDA, l-Oppożizzjoni biddlet fehmitha.

“ L-ikbar problema tal-Oppożizzjoni hija li “it doesn’t know what it stands for. Min-naħa tagħna, il-prinċipji huma ċari,” qal Muscat.

Lejn l-aħħar tal-intervista, il-Prim Ministru tkellem dwar rapporti li dehru fil-gazzetti tal-Ħadd u assigura li mhux se jirriżenja la qabel, la waqt u lanqas wara l-baġit ta’ din is-sena.

Awdjo: “Mhux se nitlaq issa, la waqt u lanqas wara l-baġit” – Muscat