Awdjo: Il-komunita’ Ġiżwita tilqa’ b’ferħ l-aħbar li l-Papa ġej minn din l-ordni

Il-komunita’ tal-Ġiżwiti laqgħet b’ferħ kbir l-aħbar li l-Papa l-ġdid, il-Papa Franġisku, ġej minn din l-ordni. Newsbook tkellem ma’ Fr Paul Pace, qassis Ġiżwita fejn ta r-reazzjoni tiegħu u spjega xi tfisser din l-aħbar għal din il-komunita’.

Fr Paul Pace saħaq li l-valuri tal-ordni tal-ġiżwiti se jgħin fl-irwol tal-Papa bħala mexxej tal-knisja kattolika.