​Awdjo: Il-Knisja ta’ San Ġiljan se tibdel il-kuluri

Tnediet espressjoni ta' interess sabiex diżinjaturi u periti jissottomettu l-ideat tagħhom ħalli jbiddlu l-kuluri tal-knisja ta' San Ġiljan.
Newsbook.com.mt tkellem mal-Kappillan ta’ San Ġiljan Fr Claude Portelli li spjega kif dawn il-kuluri kienu ntgħażlu 25 sena ilu u issa wasal iż-żmien li jinbidlu.
Fr Claude jispjega li sa Frar li ġej, se jinħatar bord apposta sabiex jevalwa il-proposti li jidħlu.
Dawn se jiġu esebiti u qal li d-deċiżjoni finali tittieħed flimkien mal-Kurja kif ukoll mal-Kummissjoni tal-Arti tal-Kurja.