Awdjo: ‘Il-każijiet ta’ korruzzjoni jkomplu juru d-differenza bejn iż-żewġ partiti’ – Dr Chris Said

Il-Ministru għall-Ġustizzja Dr Chris Said, qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż, u huwa kommess li jdaħħal strutturi biex din tiġi ndirizzata aħjar fis-snin li ġejjin.

Huwa qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali.

Dr Chris Said sostna li l-kwistjonijiet ta’ korruzzjoni li ddominaw l-aħħar jiem tal-kampanja elettorali, juru d-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin.

Meta mistoqsi fuq jekk il-kabinett irċieva xi rigali mingħand persuni nvoluti fil-kwistjoni max-xiri taż-żejt, huwa qal li jista jitkellem għalih biss.

Il-ministru kien qed jindirizza konferenza stampa li elenkat il-ħidma tal-gvern fil-ħolqien tal-impjiegi, fl-aħħar ħames snin.

Huwa qal li l-gvern ħadem kuljum biex ikomplu jinħolqu aktar impjiegi, minkejja l-maltemp ekonomiku li kien preżenti.