Awdjo: “Il-ħatra ta’ Deborah Schembri hi telfa għalina”

L-ommijiet li jiffurmaw il-kampanja Save the Embryo Protection Act esprimew id-dispjaċir tagħhom għat-telfa li ġabet magħha l-ħatra ta' Deborah Schembri bħala Segretarju Parlamentari.
Ma’  Newsbook.com.mt, Suzanne Vella tenniet li se jitilfu persuna strumentali mill-Kumitat tal-Bioetika, fejn Schembri kienet vuċi kontra l-iffriżar tal-embrijuni f'dan il-kumitat.
Filwaqt, li awgurat lil Deborah Schembri biex tkompli tħaddem it-talenti tagħha f’dan ir-rwol ġdid, qalet li tittama li jkompli jkun hemm membri parlamentari oħra li jkunu kuraġġużi bħala.
Suzanne rreferiet għal dak li kienet qalet b'mod ċar 
Deborah Schembri, li “l-iffriżar tal-embrijuni huwa l-iffriżar tal-ħajja umana.”
Żiedet tgħid li Schembri tenniet ix-xewqa tagħha li l-Partit Laburista għandu jħalli l-membri tiegħu jivvutaw skont il-kuxjenza tagħhom, ladarba ma kinitx fil-manifest elettorali.