Awdjo: Il-Gvern se jagħti ”ċans ieħor” lill-eks Chairman tal-Gozo Channel

Dalgħodu waqt żjara fl-Arkivji Nazzjonali fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern se jkun qed jagħti ċans ieħor lil Dr Joseph Grech, li lura fl-2011 kien ġie mġiegħel jirreżenja minn Chairman tal-Gozo Channel wara li abbuża mill-poter tiegħu.  

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, Dr Muscat qal li malli Dr Grech telaq mill-Gozo Channel, il-kumpanija marret lura u li sakemm kien hemm hu, l-istess kumpanija kienet miexja 'l quddiem.  

Lura fl-2011, Dr Joseph Grech kien ordna l-vapur tal-Gozo Channel imur lura fil-port għax ma kienx se jlaħħaq il-vapur għax l-istess Dr Grech kien se jasal tard. Riċentament, il-Ministeru għal Għawdex ħatar lil Dr Grech bħala konsulent.