Awdjo: Il-Gvern qed jistenna tkabbir ekonomiku sostanzjali

Il-mira tal-Gvern hi li tikber l-ekonomija bil-għan li jonqos il-piż tat-taxxi.

L-aħħar statistika qed turi li l-ekonomija Maltija se tkompli tikber u dan fid-dawl tal-mira tal-Gvern li l-ekonomija tikber b’1.4% sal-aħħar tas-sena. 

Meta wieħed jeskludi l-Unjoni Ewropea, it-tkabbir ekonomiku dinji għall-2012 kien jammonta għal 3%. Dan jissarraf fi tnaqqis mill-4.2% tas-sena ta’ qabel. 

Quddiem dan ix-xenarju internazzjonali, l-ekonomija Maltija kif jirriżulta wkoll mit-tbassir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea uriet li hi reżistenti għall-kriżi ekonomika. 

Filwaqt li Malta tinsab taħt l-excessive deficit procedure tal-Unjoni Ewropea, il-mira tal-Gvern hi li d-defiċit jonqos. Dan kif elenkat fid-Dokument ta’ qabel il-Baġit. 

Filwaqt li l-indikazzjonijiet huma pożittivi, l-ekonomija Maltija se tikber bi 1.4% sal-aħħar tal-2013.

Dwar iż-żieda fit-tkabbir ekonomiku, Newsbook.com.mt tkellem mas-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis li huwa responsabbli wkoll mit-tkabbir ekonomiku.

Kif elenkat fid-Dokument ta’ qabel il-Baġit, il-Gvern għandu l-mira li sal-aħħar tal-2014 jonqos il-piż tat-taxxi biex il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom aktar flus fil-but.

Dan filwaqt li jinżamm il-bilanċ ekonomiku.